Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 467 It-Tnejn, 31 ta' Mejju, 2021 fl-4:00 p.m. 1 MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA - PERSONS OF TRUST U POSITIONS OF TRUST 19917. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja: Tista’ lMinistru tindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tagħha, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza? 10/03/2021 ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba talmistoqsija 21001. Seduta 467 31/05/2021 MINISTERU GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI U L-KOORDINAZZJONI TAL-ISTRATEĠIJA WARA COVID-19 - PERSONS OF TRUST U POSITIONS OF TRUST 19918. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19: Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza? 10/03/2021 ONOR. OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20986. Seduta 467 31/05/2021 MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA - PERSONS OF TRUST U POSITIONS OF TRUST 19919. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva: Jista’ lMinistru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza? 10/03/2021 ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għallmistoqsija parlamentari 20992. Seduta 467 31/05/2021 ID-DISA’ DISTRETT ELETTORALI – PERSUNI LI QED JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL 19920. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fid-Disa’ Distrett Elettorali li qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tarReġistru? Kemm kien hemm fl-2019 u fl-2020? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel? Jista’ jipprovdi nnumru għal kull lokalità? 10/03/2021 ONOR. CLYDE CARUANA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, għandek issib in-numru ta’ nisa u rġiel, li huma residenti fid- 2 Disa’ Distrett Elettorali u li qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru sal-aħħar ta’ Diċembru 2019 u Diċembru 2020. Seduta 467 31/05/2021 ID-DISA’ DISTRETT ELETTORALI – UŻU MINN KULL LIBRERIJA PUBBLIKA 19921. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar użu minn kull librerija pubblika rispettivament fid-Disa’ Distrett Elettorali fl2018, 2019 u 2020? 10/03/2021 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Malta Libraries li l-uzu tal-librerija pubbliċi fid-Disa’ Distrett Elettorali hu kif ġej: Lokalità Għargħur Msida San Ġwann Kotba mislufa 2018 3910 11838 8856 Kotba mislufa 2019 3117 11194 7531 Kotba mislufa 2020 2502 9910 4091 Fil-lokalitajiet ta’ Swatar, Kappara, Madliena u Ta' Xbiex ma hemmx librerija pubblika. Seduta 467 31/05/2021 ID-DISA’ DISTRETT ELETTORALI – TOROQ LI SER IKUNU ASFALTATI 19922. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ser ikunu asfaltati din is-sena fid-Disa’ Distrett Elettorali? 10/03/2021 ONOR. IAN BORG: Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira millaktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha

docxDoc 20210531_467o_par

Practical Docs > Common > Other > Preview
31 Pages 0 Downloads 12 Views 3.0 Score
Tips: Current document can only be previewed at most page3,If the total number of pages in the document exceeds page 3,please download the document。
Uploaded by admin on 2022-04-16 01:52:02
Rate
You can enter 255 characters
What is my domain?( answer:www.45doc.com )
comments
  • No comments yet